26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/13
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-330/09)
2009/C 233/22
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u M. Adam, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1) billi naqset milli tadotta b’mod sħiħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa din id-direttiva jew milli tikkomunikahom b’mod sħiħ lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-24 ta’ Frar 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva, jew, f’kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 157, p. 87
Full & Egal Universal Law Academy