21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/23
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2009 mir-Repubblika tal-Polonja mid-digriet mogħti fl-10 ta’ Ġunju 2009 mil-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-258/04, Ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta minn Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-336/09 P)
2009/C 282/40
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla fit-totalità tiegħu d-Digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim’Istanza, fl-10 ta’ Ġunju 2009, fil-Kawża T-258/04, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,
—
tannulla l-Artikoli 5, l-Artikolu 6(1), (2) u (3), kif ukoll l-Artikoli 7(1) u 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea (1),
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja,
—
tiddeċiedi fuq dan l-appell bħala Awla Manja.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea, kif ukoll it- Trattat ta’ Adeżjoni minħabba li jistabbilixxi t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 60/2004, li jibda jiddekorri mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-regolament bil-lingwi uffiċjali tal-Komunità tal-Ħmistax, jiġifieri qabel il-pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità mkabbra,
—
interpretazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE billi ġie ddikjarat li r-Repubblika tal-Polonja setgħet tippreżenta rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 60/2004 b’mod effettiv qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità ta’ persuna ġuridika skont din id-dispożizzjoni,
—
ksur tal-prinċipju Komunità tad-dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi r-Repubblika tal-Polonja ġiet imċaħħda mid-dritt li tissottometti għal stħarriġ ġudizzjarju l-legalità tar-Regolament Nru 60/2004 minkejja l-fatt li l-imsemmi Regolament kien indirizzat lir-Repubblika tal-Polonja bħala Stat Membru,
—
ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà u tal-prinċipju ta’ bona fede billi r-Repubblika tal-Polonja ġiet imċaħħda mid-dritt li tissottometti għal stħarriġ ġudizzjarju l-legalità ta’ att li jemenda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea u li jikser l-ekwilibriju tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni mal-Komunità,
—
ksur tar-regoli tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza billi l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċernaw il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà u tal-prinċipju ta’ bona fede ma ġewx eżaminati u billi d-digriet ma kienx suffiċjentement motivat.
(1) ĠU L 9, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy