21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ Awwissu 2009 — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc
(Kawża C-339/09)
2009/C 282/43
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skoma-Lux sro.
Konvenuta: Celní ředitelství Olomouc.
Domanda preliminari
Il-prodotti kkumerċjalizzati taħt l-isem “inbid aħmar tad-deżerta Kagor VK” fi fliexken ta’ 0,75 litru u li għandhom kontenut alkoliku ta’ 15,8 % sa 16,1 % il-volum, li fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom ġie miżjud fihom iz-zokkor tal-pitravi u l-alkoħol tal-qamħ, jiġifieri sustanzi li mhumiex ġejjin minn għeneb frisk, għandhom ikunu kklassifikati taħt l-intestatura 2204 jew taħt l-intestatura 2206 tan-nomenklatura magħquda tat-tariffa doganali?
Full & Egal Universal Law Academy