24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/15
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-340/09)
2009/C 256/29
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
—
Tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, fir-rigward ta’ ċerti żoojiet li jinsabu f’Aragona, fl-Asturias, fil-Baleares, fil-Kanarji, f’Cantabria, f’Castilla y León, fil-Comunidad Valenciana, f’Extremadura u f’Galicia,
—
billi ma żġurax, mhux iktar tard mid-data prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE (1) tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo, li ż-żoojiet kollha li jinsabu fit-territorju tiegħu jkollhom liċenzja valida maħruġa skont id-dispożizjonijiet tal-Artikolu 4(2) u (3) u, f’dak li jirrigwarda Aragona, l-Asturias, il-Kanarji, Cantabria u Castilla y León, skont l-Artikolu 4(4) tad-direttiva, u
—
billi ma adottax miżuri ta’ għeluq fir-rigward taż-żoojiet mingħajr awtorizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) tad-direttiva,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(2) (3) (4) u (5) tal-imsemmija direttiva.
—
Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta’ Spanja,
—
ma żgurax, mhux iktar tard mid-data prevista mid-direttiva, li ż-żoojiet kollha li jinsabu fit-territorju tiegħu jkollhom liċenzja valida maħruġa skont id-dispożizjonijiet tal-Artikolu 4(2) u (3) u, f’dak li jirrigwarda Aragona, l-Asturias, il-Kanarji, Cantabria u Castilla y León, skont l-Artikolu 4(4) tad-direttiva
—
ma adottax, fil-każ taż-żoojiet mingħajr awtorizzazzjoni, il-miżuri ta’ għeluq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) tad-direttiva.
(1) ĠU L 94, p. 24
Full & Egal Universal Law Academy