16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fis-27 ta’ Awwissu 2009 — J.A. van Delft et vs College van zorgverzekeringen
(Kawża C-345/09)
2010/C 11/21
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J.A. van Delft et.
Konvenut: College van zorgverzekeringen.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 28, 28a u 33 tar-Regolament Nru 1408/71 (1), id-dispożizzjonijiet tal-Punt 1(a) u (b) tat-Taqsima R tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 u l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 69 taz-Zvw [Zorgverzekeringswet], safejn il-pussessur ta’ pensjoni li jista’, bħala regola, isostni d-dritt taħt l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jirreġistra ruħu maċ-Cvz [College voor zorgverzekeringen] u li għandha tinżamm kontribuzzjoni mill-pensjoni dan il-pussessur, anki jekk mhuwiex irreġistrat fis-sens tal-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72 (2)?
(2)
L-Artikolu 39 KE jew l-Artikolu 18 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 69 taz-Zvw, safejn ċittadin tal-UE li jista’, bħala regola, isostni d-dritt taħt l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jirreġistra ruħu maċ-Cvz u li għandha tinżamm kontribuzzjoni mill-pensjoni ta’ dan iċ-ċittadin, anki jekk mhuwiex irreġistrat fis-sens tal-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Volum 1, p. 35).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Volum 1, p. 83).
Full & Egal Universal Law Academy