19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/11
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-349/09)
2009/C 312/18
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Simerdova, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx, fl-intier tagħha, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/28/KE, tat-8 ta’ April 2005, li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida dettaljati għall-prattika klinika tajba dwar prodotti mediċinali ta’ stħarriġ li jintużaw mill-bniedem, kif ukoll il-kriterji għall-awtorizzazzjoni għall-manifattura jew l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet adottati f’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 31 tal-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/28/KE skada fid-29 ta’ Jannar 2006.
(1) ĠU L 91, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy