21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-3 ta’ Settembru 2009 — Gaston Schul Douane-expediteur BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-354/09)
2009/C 282/48
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gaston Schul BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ daħla sussegwenti fil-kontijiet, fis-sens tal-Artikolu 220 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandu jitqies li l-kundizzjoni stabbilita mill-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità sabiex ma jiġux inklużi fil-valur doganali d-dazji fuq l-importazzjoni hija sodisfatta meta l-bejjiegħ u x-xerrej tal-merkanzija kkonċernata qablu fuq il-kundizzjoni tal-kunsinna “delivered duties paid” u indikaw din il-klawżola fid-dikjarazzjoni doganali anki jekk, fl-iffissar tal-prezz tat-tranżazzjoni, huma qiesu — b’mod żbaljat — li l-ebda dazju doganali ma huwa dovut fuq l-importazzjoni tal-merkanziija fil-Komunità u, għaldaqstant, l-ebda ammont ta’ dazji doganali ma ġie msemmi fil-fattura u fid-dikjarazzjoni jew meta saret din id-dikjarazzjoni?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy