24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/16
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-355/09)
2009/C 256/30
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma ħaditx il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 (1), billi naqset milli tikkomunika dawn il-miżuri b’mod konformi mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, u billi ma adottatx il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikoli 26(3) u 31 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 (2), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga u taħt ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Istati Membri huma marbuta jadottaw il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti, fit-termini stabbiliti f’dawk ir-regolamenti stess, u li jikkomunikaw immedjatament dawn il-miżuri lill-Kummissjoni. Il-Gvern tal-Irlanda ma adottax u lanqas ikkomunika l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikoli 10, 12 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.
(1) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, p. 1)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy