21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fl-4 ta’ Settembru 2009 — Pensionsversicherungsanstalt vs Christine Kleist
(Kawża C-356/09)
2009/C 282/49
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pensionsversicherungsanstalt.
Konvenuta: Christine Kleist.
Domandi preliminari
(1)
Fil-kuntest ta’ sistema tal-liġi tax-xogħol li fiha l-protezzjoni ġenerali kontra t-tkeċċija abbużiva hija mogħtija abbażi tad-dipendenza soċjali (finanzjarja) tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol tiegħu, l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 76/207/KEE, fil-verżjoni li tirriżulta mid-Direttiva 2002/73/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li ftehim kollettiv jinkludi dispożizzjoni li tipprovdi protezzjoni partikolari li tmur lil hinn mis-sistema legali ġenerali ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija abbużiva, iżda li tapplika biss sakemm il-ħaddiem ikun soċjalment (finanzjarjament) kopert, li normalment ikun il-każ meta dan jirċievi pensjoni ta’ rtirar, meta din il-pensjoni hija mħallsa f’mumenti differenti skont jekk ħaddiem huwiex raġel jew mara?
(2)
L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 76/207/KEE fil-verżjoni li tirriżulta mid-Direttiva 2002/73/KE jipprekludi, fil-kuntest ta’ sistema tal-liġi tax-xogħol imsemmija iktar ’il fuq, li min iħaddem fis-settur pubbliku jkeċċi ħaddiema mara ftit xhur wara li din tkun kisbet id-dritt għal pensjoni ta’ rtirar, sabiex jimpjega applikanti ġodda li jkunu diġà qed jirsistu sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol?
Full & Egal Universal Law Academy