21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation fis-17 ta’ Settembru 2009 — Josep Penarroja Fa vs Procureur général près la Cour d’appel de Paris
(Kawża C-372/09)
2009/C 282/50
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josep Penarroja Fa
Konvenut: Procureur général près la Cour d’appel de Paris
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 50 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkopri l-funzjoni fdata lil professjonist, bħala perit, fi kwistjoni mressqa quddiem il-qrati nazzjonali u maħtur mill-qorti li tagħha tintalab tieħu konjizzjoni, fiċ-ċirkustanzi deskritti [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?
(2)
Il-parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45(1) KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-funzjoni ta’ periti maħtura minn qorti Franċiża, kif imsemmi mill-kodiċijiet tal-proċedura ċivili u tal-proċedura kriminali Franċiżi, kif ukoll mil-Liġi Nru 71-498 tad-29 ta’ Ġunju 1971 u mid-Digriet Nru 2004-1463, tat-23 ta’ Diċembru 2004?
(3)
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġislazzjoni, bħal dik li tirriżulta mil-Liġi Nru 71-498 tad-29 ta’ Ġunju 1971 u mid-Digriet Nru 2004-1463, tat-23 ta’ Diċembru 2004, kif emendati, li jissottomettu l-iskrizzjoni f’lista maħruġa minn qorti tal-appell għal kundizzjonijiet ta’ eta’, kompetenza, moralità u indipendenza, u li ma jieħdux tiħux in kunsiderazzjoni la l-fatt li l-kandidat kien ġie rrikonoxxut bħala perit mill-qrati tal-Istat tal-oriġini tiegħu, u lanqas l-implementazzjoni ta’ metodi oħra ta’ kontroll tal-kwalitajiet tiegħu?
Full & Egal Universal Law Academy