21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-17 ta’ Settembru 2009 — Josep Penarroja Fa vs Procureur général près la Cour de cassation
(Kawża C-373/09)
2009/C 282/51
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josep Penarroja Fa
Konvenut: Procureur général près la Cour de cassation
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 50 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jirreferi għall-kompitu fdat lill-professjonist, bħala espert, f’kawża mressqa quddiem qrati nazzjonali u maħtur mill-qorti li għandha din il-kawża quddiemha, fil-kundizzjonijiet deskritti [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?
(2)
Il-parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45 KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għall-kompitu ta’ espert maħtur minn qorti Franċiża, kif irregolata mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u ta’ Proċedura Kriminali Franċiża kif ukoll mil-Liġi Nru 71-498 tad-29 ta’ Ġunju 1971 u d-Digriet Nru 2004-1463 tat-23 ta’ Diċembru 2004?
(3)
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik li tirriżulta mil-Liġi Nru 71-498 tad-29 ta’ Ġunju 1971 u mid-Digriet Nru 2004-1463 tat-23 ta’ Diċembru 2004, kif emendati, li tirriżerva r-reġistrazzjoni fil-lista nazzjonali u t-titolu ta’ espert awtorizzat mill-Cour de cassation għall-professjonisti rreġistrati, sa mill-inqas tliet snin, fil-lista stabbilita minn qorti tal-appell Franċiża?
(4)
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jinkludi l-eżerċizzju ta’ kompiti ta’ perizji tal-qorti taħt it-titolu ta’ espert tal-qorti awtorizzat mill-Cour de cassation skont ir-regoli dettaljati previsti mil-Liġi Nru 71-498 tad-29 ta’ Ġunju 1971 u d-Digriet Nru 2004-1463 tat-23 ta’ Diċembru 2004, kif emendati?
(1) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy