5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2009 — Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów
(Kawża C-375/09)
2009/C 297/25
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie
Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 82 KE, meta hija tqis, wara proċedura, li l-impriża ma kisritx il-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li tirriżulta minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat?
(2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni jippermettu lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tagħlaq proċedura dwar repressjoni tal-prattiki antikompetittivi — jekk jiġi kkonstatat li l-aġir tal-impriża ma jiksirx il-projbizzjoni li tirrizulta mill-Artikolu 82 KE — biss billi tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni, it-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika diretta ta’ deċiżjoni ta’ din l-awtorità li tikkonstata li “ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil[l]-parti [tagħha]”?
(1) ĠU 2003 L 1, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy