7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/51
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-376/09)
2009/C 267/85
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u E. Depasquale, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma waqfitx l-użu mhux kritiku ta’ aloni f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti u billi ma rkupratx dawn l-aloni, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament Nru 2037/2000, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni, jirriżulta li r-Repubblika ta’ Malta kienet obbligata twaqqaf, qabel l-1 ta’ Mejju 2004, l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ta’ estingwituri tan-nar li jkun fihom aloni, ħlief għall-użu kritiku elenkat fl-Anness VII tar-Regolament, u kienet obbligata wkoll tirkupra dawn l-aloni bl-użu ta’ teknoloġiji adegwati.
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni fis-sens li r-Repubblika ta’ Malta waqfet l-użu mhux kritiku ta’ aloni f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti kollha elenkati fil-lista annessa mar-risposta tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni u fis-sens li rkuprat dawn l-aloni, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament.
(1) ĠU L 244, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy