19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil-25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc
(Kawża C-379/09)
2009/C 312/25
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maurits Casteels
Konvenuta: British Airways plc
Domandi preliminari
(1)
Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kunsill, l-Artikolu 42 KE jista’ jiġi invokat minn individwu kontra l-persuna li tħaddmu fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qrati nazzjonali?
(2)
L-Artikolu 39 KE, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 98/49/KE (1), tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 209, p. 46), u l-Artikolu 42, meħudin individwalment jew flimkien, jipprekludu dan li ġej:
fil-każ ta’ ħaddiem li, minbarra fil-każ ta’ kollokament, ikun impjegat suċċessivament mill-istess persuna ġuridika/fiżika f’postijiet tan-negozju differenti li l-imsemmija persuna li tħaddem għandha fi Stati Membri differenti u jkun suġġett, kull darba, għal skemi ta’ pensjoni addizzjonali li jkunu fis-seħħ fl-imsemmija postijiet ta’ negozju,
—
sabiex jiġi stabbilit il-perijodu li, malli jiġi komplut, jagħti lok għal kisba ta’ drittijiet definittivi għal benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali (ibbażati fuq il-kontribuzzjonijiet minn dak li jħaddem u mill-ħaddiem) fi Stat Membru partikolari, la jittieħdu inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz li l-ħaddiem diġà wettaq mal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor, u lanqas l-affiljazzjoni tal-ħaddiem ma’ skema ta’ pensjoni addizzjonali f’dan l-Istat Membru,
—
it-trasferiment ta’ ħaddiem, bil-kunsens tiegħu, għal post ta’ negozju tal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor jitqies l-istess bħall-każ, previst mid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ pensjoni, tal-irtirar volontarju tal-ħaddiem mill-post ta’ negozju, u li f’tali każ id-drittijiet għal pensjoni addizzjonali jkunu limitati għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiem stess,
—
u li din is-sitwazzjoni jkollha bħala konsegwenza sfavorevoli li l-ħaddiem jitlef id-drittijiet għall-benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali li huwa kien kiseb fir-rigward tal-impjieg tiegħu f’dan l-Istat Membru, u li dan ma kienx ikun il-każ kieku kien ħadem mal-persuna li tħaddmu fi Stat Membru wieħed u kien baqa’ affiljat mal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali ta’ dak l-Istat Membru?
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1998, dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU 1998 L 209, p. 46)
Full & Egal Universal Law Academy