21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/30
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2009 minn Melli Bank plc mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fid-9 ta’ Lulju 2009 fil-Kawżi T-246/08 u T-332/08, Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sostnuta minn Ir-Repubblika ta’ Franza, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(Kawża C-380/09 P)
2009/C 282/52
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Melli Bank plc (rappreżentanti: S. Gadhia, Solicitor, T. Din, Solicitor, D. Anderson QC, R. Blakeley, Avukat)
Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika ta’ Franza, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti:
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tilqa’ r-rikorsi fil-Kawżi T-246/08 u T-332/08;
—
tannulla r-raba’ paragrafu tat-tabella B li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/EC, li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jirrigwarda lill-Melli Bank plc;
—
jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament huwa ta’ applikazzjoni vinkolanti, tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 423/2007/KE inapplikabbli; u
—
tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-appell u tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni illi l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żbalji ta’ liġi fil-kawża appellata f’diversi elementi tad-deċiżjoni li wasslu għal ksur tad-dritt Komunitarju f’erba’ elementi prinċipali:
(1)
il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament bħala dispożizzjoni imperattiva;
(2)
il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi billi ddikjarat li l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament kien koerenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità taħt id-dritt Komunitarju;
(3)
il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi fil-formulazzjoni u l-applikazzjoni tal-eżami li jiddetermina jekk l-appellanti kinitx miżmuma u kkontrollata mill-Parent; u
(4)
il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kunsill issodisfa l-obbligu tiegħu li jimmotiva d-deċiżjoni li jitniżżel isem l-appellanti fil-lista.
Konsegwentement, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
(1)
tannulla s-sentenza appellata;
(2)
tilqa’ r-rikorsi fil-Kawżi T-246/08 u T-332/08;
3)
tannulla r-raba’ paragrafu tat-tabella B li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/EC, li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jirrigwarda lill-Melli Bank plc;
(4)
jekk il-Qorti ssib illi l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament jallega li huwa ta’ applikazzjoni vinkolanti, tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 423/2007/KE inapplikabbli; u
(5)
tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-appell u tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Full & Egal Universal Law Academy