5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fit-28 ta’ Settembru 2009 — SIA Stils Met vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-382/09)
2009/C 297/26
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA Stils Met
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
(1)
Il-Kodiċi TARIC 7312108219, 7312108419, 7312108619 għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti tal-azzar li d-dimensjoni trasversali tagħhom huwa tad-daqs indikat — wajers u kejbils, mhux miksijin jew miksijin biż-żingu, b’mod partikolari dik tal-liga tal-azzar (iżda mhux tal-azzar inossidabbli) — u li mhumiex importati la mill-Moldova u lanqas mill-Marokk, għandhom jiġu kklassifikati fl-2004 u fl-2005, indipendentement mill-kompożizzjoni kimika tagħhom?
(2)
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1), tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni (multa) ugwali għat-total tad-dazji antidumping, prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat (Artikolu 32(2) tal-liġi Latvjana fuq taxxi u dazji) fil-każ ta’ ksur tal-liġi fiskali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 10, p. 45
Full & Egal Universal Law Academy