19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ottubru 2009 — Joao Filipe Da Silva Martins vs Bank Betriebskrankenkasse — Pflegekasse
(Kawża C-388/09)
2009/C 312/31
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundessozialgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joao Filipe Da Silva Martins
Konvenut: Bank Betriebskrankenkasse — Pflegekasse
Domanda preliminari
Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju primarju u/jew sekondarju tal-Komunità Ewropea fil-qasam tal-moviment liberu u tas-sigurtà soċjali ta’ ħaddiema migranti (b’mod partikolari l-Artikoli 39 u 42 KE, kif ukoll l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament Nru 1408/71 (1)) li ex ħaddiem li jirċievi pensjoni kemm mill-Istat ta’ oriġini kif ukoll mill-ex Stat ta’ impjieg u li, minħabba bżonn ta’ assistenza, ikun kiseb allowance għall-kura fl-ex Stat ta’ impjieg, jitlef dan id-dritt wara li jirritorna fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 05, Volum 01, p. 35)
Full & Egal Universal Law Academy