21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/31
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-394/09)
2009/C 282/54
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, B. McArdle, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma implementax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/33/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta’ kubrit f’karburanti għal użu marittimu f’Ġibiltà u, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tal-elementi kollha “relatati mal-baħar” għall-Ingilterra, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja jew, f’kull każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq naqas mill-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-11 ta’ Awwissu 2006.
(1) ĠU L 191, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy