30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (Ir-Rumanija) fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Ioan Tatu vs L-Istat Rumen irrappreżentat mill-Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului
(Kawża C-402/09)
2010/C 24/32
Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ioan Tatu
Konvenuti: L-Istat Rumen irrappreżentat mill-Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului
Domanda preliminari
Huma d-dispożizzjonijiet tal-O.U.G Nru 50/08 [dwar l-iffissar tat-taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur (1)] kif emendata sussegwentement [mill-O.U.G Nri 208/2008 (2) u 218/2008 (3)] inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tat-Trattat KE, u jikkostitwixxu miżura manifestamentament diskriminatorja?
(1) O.U.G. Nru 50/2008 dwar l-iffissar tat-taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, M.Of. 25.4.2008, Nru 327.
(2) O.U.G. Nru 208/2008 dwar l-iffissar ta’ ċerti miżuri dwar it-taxxi fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, M. Of. 8.12.2008, Nru 825.
(3) O.U.G. Nru 208/2008 dwar l-emenda tal-Ordinanța de urgență a Guvernului Nru 50/2008 dwar l-iffissar tat-taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, M. Of. 11.12.2008, Nru 836.
Full & Egal Universal Law Academy