19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/25
Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-405/09)
2009/C 312/40
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros, M. Huttunen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Finlandja ma wettqitx -obbligi tagħha taħt ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 (1), taħt l-Artikoli 2, 6, 9 sa 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (2), u taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (3), sa fejn l-awtoritajiet Finlandiżi applikaw prassi amministrattiva li permezz tagħha r-riżorsi proprji tal-Komunità huma stabbiliti biss wara li jingħata terminu ta’ mill-inqas 14-il ġurnata lil debitur, li fih, huwa jkun jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Finlandiżi ma josservawx, fir-rigward tal-irkupru a posteriori tad-dazji doganali, it-termini stabbiliti għall-kontabbiltà tar-riżorsi proprji, li għandu, bħala konsegwenza, dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji tal-Komunità;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
(1)
Il-Kummissjoni ppreżentat rikors kontra r-Repubblika tal-Finlandja li jirrigwarda l-osservanza tar-regolamenti li jirrigwardaw ir-riżorsi proprji tal-Komunità (Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89, (l-Artikoli 2, 6, 9 sa 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2002, u l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92). Il-kwistjoni tirrigwarda essenzjalment li jsir magħruf f’liema mument id-dazji doganali ddeterminati a posteriori mill-awtoritajiet doganali għandhom jiddaħħlu fil-kont tar-riżorsi proprji tal-Komunità, jiġifieri, f’liema mument il-Komunità tista’ tiddisponi mill-fondi mħallsa mill-Istat Membru.
(2)
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Finlandja kisret ir-regolament dwar ir-riżorsi proprji u l-Kodiċi Doganali Komunitarju fil-każ tal-irkupru a posteriori ta’ dejn doganali sa fejn l-awtoritajiet doganali jagħtu lil debitur terminu ta’ mhux inqas minn 14-il ġurnata sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel id-deċiżjoni definittiva ta’ rkupru. Minħabba din il-proċedura ta’ smigħ, ikun hemm dewmien fid-dħul fil-kont tar-riżorsi proprji tal-Komunità.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, (ĠU L 130, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy