16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ Ottubru 2009 — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA
(Kawża C-409/09)
2010/C 11/28
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio
Konvenuta: Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-dritt ċivili Portugiż, b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili, fil-każ ta’ inċident tat-traffiku li jseħħ fiż-żmien, bil-mod u fil-post bħal dak fil-kawża preżenti, jeskludi jew jillimita d-dritt għal kumpens ta’ persuna minuri, hija stess vittma tal-inċident, minħabba r-raġuni sempliċi li hija titqies bħala parzjalment jew esklużivament responsabbli għad-dannu kkawżat?
(1) It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill, 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur
Full & Egal Universal Law Academy