30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-410/09)
2010/C 24/33
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o.
Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Domanda preliminari
L-Artikolu 58 tat-Trattat ta’ Adeżjoni (ĠU 2003, L 236, p. 33) jippermetti li jintużaw, kontra individwi fi Stat Membru, rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Linji gwida tal-Kummissjoni (ĠU 2002, C 165, p. 3), linji gwida li, skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 349), l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tieħu inkunsiderazzjoni bl-iktar mod sħiħ fl-analiżi tagħha tas-swieq rilevanti, meta dawn il-linji gwida ma jkunux ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa ta’ dan l-Istat, anki jekk din il-lingwa hija lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy