30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (L-Awstrija) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Humanplasma GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-421/09)
2010/C 24/34
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Humanplasma GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Domanda preliminari
L-Artikolu 28 KE (flimkien mal-Artikolu 30 KE) jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-importazzjoni ta’ konċentrat ta’ erythrocyte mill-Ġermanja hija permessa biss jekk tissodisfa l-kundizzjoni li d-donazzjonijiet tad-demm ikunu saru mingħajr ħlas (inkluż tal-ispejjeż), liema kundizzjoni tapplika wkoll għall-ksib ta’ konċentrat tal-erythrocyte fit-territorju nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy