30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-TO SYMVOULIO TIS EPIKRATEIAS (il-Greċja) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Vasiliki Stylianou Vandorou vs Ypourgos Ethnikis Paideias kai Thriskeumaton (Ministru tal-Edukazzjoni Pubblika u tal-Kulti Reliġjużi)
(Kawża C-422/09)
2010/C 24/35
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
To symvoulio tis epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vasiliki Stylianou Vandorou
Konvenut: Ypourgos Ethnikis Paideias kai Thriskeumaton (Ministru tal-Edukazzjoni Publika u tal-Kulti Reliġjużi)
Domandi preliminari
Skont l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 89/48/KEE, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 7. p. 337) fil-verżjoni tagħha li daħlet fis-seħħ wara li ġiet emendata bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2001/19/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4. p. 138), u qabel ma ġiet abrogata bl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU L 225), b’“esperjenza professjonali”, li tittieħdet inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex tevalwa jekk il-kompetenzi miksuba mill-persuna kkonċernata permezz ta’ tali esperjenza jistgħux ikopru, kompletament jew parzjalment, id-differenza sostanzjali li teżisti bejn is-suġġetti li kien ibbażat fuqhom it-taħriġ tal-persuna kkonċernata fl-Istat Membru ta’ oriġni u s-suġġetti li jaqgħu taħt id-diploma mitluba mill-Istat Membru ospitanti, għandha tinftiehem li hija wkoll esperjenza li għandha l-karatteristiċi li ġejjin: (a) tkun inkisbet mill-persuna kkonċernata wara li din tkun kisbet diploma li tiggarantilha l-aċċess għal professjoni partikolari rregolamentata mill-Istat Membru ta’ oriġini; (b) tkun inkisbet bil-prattika fl-Istat Membru ospitanti ta’ attività professjonali li, minkejja li ma taqbilx mal-professjoni regolamentata, li l-persuna kkonċernata (li barra minn hekk ma tistax tipprattika legalment tali professjoni fl-Istat Membru ospitanti qabel ma tintlaqa’ t-talba li hija s-suġġett ta’ din id-domanda) ressqet talba għad-dritt sabiex tipprattika abbażi tad-Direttiva 89/48/KEE fl-Istat Membru ospitanti, imma li hija madankollu, skont l-evalwazzjoni tal-mertu li ssir mill-awtorità nazzjonali kompetenti għad-deċiżjoni dwar it-talba, attività professjonali li tidher relatata ma’ tali professjoni regolamentata u (ċ) skont evalwazzjoni tal-mertu mill-imsemmija awtorità nazzjonali hija kkunsidrata kapaċi, minħabba r-rabta msemmija iktar ’il fuq, tkopri, tal-anqas parzjalment, id-differenzi sostanzjali bejn is-suġġetti li tkun tgħallmet il-persuna kkonċernata matul it-taħriġ tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġni u s-suġġetti li jaqgħu taħt id-diploma tal-Istat Membru ospitanti.
Full & Egal Universal Law Academy