30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fid- 29 ta’ Ottubru 2009 — Staatssecretaris van Financiën vs X
(Kawża C-423/09)
2010/C 24/36
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën.
Konvenuta: X
Domanda preliminari
Abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk ħxejjex (rjus tat-tewm), li tnixxfu sa ċertu punt, iżda li l-umdità ma tneħħitx (kważi) kollha, u li ġew importati fi stat imkessaħ, jaqgħu taħt is-subintestatura tariffarja 0703 20 00 tan-NM jew taħt is-subintestatura tariffarja 0712 90 90 tan-NM?
Full & Egal Universal Law Academy