30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Christina Ioanni Toki vs Ypourgos Ethnikis Paideias kai Thriskevmaton
(Kawża C-424/09)
2010/C 24/37
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christina Toki.
Konvenuti: Ypourgos Ethnikis Paideias kai Thriskevmaton.
Domandi preliminari
(1)
“L-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 89/48/KE, “dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin” (ĠU L 19), kif kien fis-seħħ qabel it-tħassir tiegħu mill-Artikolu 62 tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU L 255), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ rikonoxximent li huwa jipprevedi huwa applikabbli fil-każ fejn, fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-professjoni inkwistjoni hija rregolata skont it-tieni subpragrafu tal-Artikolu 1(d), iżda l-persuna kkonċernata ma tkunx membru sħiħ ta’ assoċjazzjoni jew ta’ organizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan is-subparagrafu?” u jekk ir-risposta għal din id-domanda hija pożittiva,
(2)
“Skont l-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 89/48/KEE, l-eżerċizzju ta’ professjoni full-time fl-Istat Membru ta’ oriġini għandu jinftiehem bħala l-eżerċizzju, kemm jekk isir minn persuna għal rasha jew bħala impjegat, tal-professjoni stess li għaliha tkun intalbet l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju fl-Istat Membru ospitanti taħt id-Direttiva 89/48/KEE, jew jista’ wkoll jinftiehem bħala xogħol ta’ riċerka f’qasam xjentifiku relatat mal-professjoni, mogħti fi stabbiliment li fil-prinċipju huwa m’għandux skop ta’ lukru?”.
Full & Egal Universal Law Academy