30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (Il-Belġju) fit-2 ta’ Novembru 2009 — Airfield NV, Canal Digitaal BV vs Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam)
(Kawża C-431/09)
2010/C 24/43
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Airfield NV, Canal Digitaal BV
Konvenuta: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam)
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 93/83/KEE (1) tipprekludi l-ħtieġa li fornitur tat-televiżjoni diġitali bis-satellita għandu jikseb l-awtorizzazzjoni mill-proprjetarji tad-dritt tal-awtur fil-każ fejn korp tax-xandir jittrasmetti s-sinjali tiegħu li jwasslu programm, b’kollegament fiss jew b’sinjal encrypted bis-satellita, lil fornitur tat-televiżjoni diġitali bis-satellita li huwa indipendenti mill-korp tax-xandir, u li dan il-fornitur għandu dawn is-sinjali encrypted u mxandra fuq satellita minn kumpannija assoċjata mal-fornitur, u sussegwentament dawn is-sinjali huma mxandra mill-ġdid, bl-awtorizzazzjoni tal-korp tax-xandir, bħala parti minn pakkett ta’ programmi televiżivi u għalhekk miġbura flimkien, lill-abbonati tal-fornitur tat-televiżjoni bis-satellita, li jistgħu jaraw il-programmi simultanjament u fil-verżjoni oriġinali permezz ta’ dekowder jew smartcard ipprovduta mill-fornitur tat-televiżjoni bis-satellita?
(2)
Id-Direttiva 93/83/KEE tipprekludi l-ħtieġa li fornitur tat-televiżjoni diġitali bis-satellita għandu jikseb l-awtorizzazzjoni mill-proprjetarji tad-dritt tal-awtur fil-każ fejn korp tax-xandir jittrasmetti s-sinjali tiegħu li jwasslu programm għal satellita, skont l-istruzzjonijiet ta’ fornitur tat-televiżjoni diġitali li huwa indipendenti mill-korp tax-xandir, u li sussegwentament dawn is-sinjali huma mxandra mill-ġdid, bl-awtorizzazzjoni tal-korp tax-xandir, bħala parti minn pakkett ta’ programmi televiżivi u għalhekk miġbura flimkien, lill-abbonati tal-fornitur tat-televiżjoni bis-satellita li jistgħu jaraw il-programmi simultanjament u fil-verżjoni oriġinali permezz ta’ dekowder jew smartcard ipprovduta mill-fornitur tat-televiżjoni bis-satellita?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU L 248, p. 15)
Full & Egal Universal Law Academy