16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil-5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-434/09)
2010/C 11/30
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Shirley McCarthy.
Konvenut: Secretary of State for the Home Department.
Domandi preliminari
(1)
Persuna li għandha ċittadinanza doppja, Irlandiża u Brittanika, u li ilha ħajjitha kollha residenti fir-Renju Unit, hija “benefiċjarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE (1) (iktar ’il quddiem id-“direttiva”)?
(2)
Tali persuna tkun “għex[et] legalment” fl-Istat Membru ospitanti fis-sens tal-Artikolu 16 tad-direttiva, f’ċirkustanzi fejn ma setgħatx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE
Full & Egal Universal Law Academy