30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/25
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-435/09)
2010/C 24/46
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, J.-B. Laignelot u C.A.H.M. ten Dam, mandatarji)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
(1)
tiddeċiedi illi billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplementa b’mod korrett u komplut,
: l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien mal-Annessi II u III,
: l-Artikolu 4(1) flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I, u l-Artikolu 7(1)(b) u
: l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien mal-Annessi II u III u l-Anness III bħala tali,
tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1), tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997,
il-Belġju ma rrispettax l-obbligi imposti fuqu skont din id-direttiva.
(2)
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Għaldaqstant, il-Kummissjoni invokat il-motivi segwenti:
(a)
Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Fjamming, il-Kummissjoni ssostni li din il-leġiżlazzjoni ma tqisx il-kriterji kollha applikabbli tal-Anness III tad-direttiva meta jiġi ddeterminat l-obbligu dwar jekk il-proġetti msemmija fl-Anness II ta’ din id-direttiva għandhomx ikunu suġġetti jew le għal stima tal-effetti fuq l-ambjent, kif stabbilit mill-Artikoli 5 sa 10 tad-direttiva. Il-Gvern Fjamming ma weriex li l-proċeduri alternattivi li huwa jsemmi għall-proġetti inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2 u tal-Artikoli 5 sa 10 tad-direttiva.
(b)
Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Vallon, il-Kummissjoni ssostni l-ewwel nett illi, għall-proġetti msemmija fil-Punt 18(a) tal-Anness I (impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-polpa mill-injam tas-siġar jew ta’ materjali fibrużi simili), din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi limitu minkejja l-fatt li d-direttiva ma tipprovdix għalih, u illi, għall-proġetti msemmija fil-Punt 8(a) tal-Anness I (postijiet tat-traffiku bil-baħar intern), hija tistabbilixxi limitu bbażat fuq in-numru ta’ bastimenti u mhux skont it-tunnellati, kif tistabbilixxi d-direttiva. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li, fil-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Vallon, l-Artikolu 7(1)(b) tad-direttiva ma ġiex traspost b’mod korrett.
(c)
Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Brussell-Kapitali, il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel nett din il-leġiżlazzjoni ma tqisx il-kriterji tal-għażla adegwati tal-Anness III tad-direttiva sabiex l-Artikolu 4(3) tad-direttiva jiġi traspost u li l-forom ta’ stima alternattivi msemmija mill-Gvern ta’ Brussell ma jissodisfawx il-karatteristiċi kollha msemmija f’din id-direttiva. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li din il-leġiżlazzjoni ma tittrasponiex l-Anness III tad-direttiva bħala tali.
(1) ĠU L 175, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy