30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Périgueux (Franza) fid-9 ta’ Novembru 2009 — AG2R Prévoyance vs Beaudout Père et Fils SARL
(Kawża C-437/09)
2010/C 24/48
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Périgueux
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AG2R Prévoyance
Konvenuta: Beaudout Père u Fils SARL
Domanda preliminari
L-organizzazzjoni ta’ klawżola ta’ affiljazzjoni obbligatorja fi ħdan skema supplimentari tas-saħħa hekk kif prevista mill-Artikolu L 912-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, u l-klawżola magħmula obbligatorja mill-awtoritajiet pubbliċi, fuq talba tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema ta’ settur partikolari, li jipprovdu għall-affiljazzjoni fi ħdan organizzazzjoni waħda, magħżula sabiex tamministra skema supplimentari ta’ kura tas-saħħa, mingħajr ebda possibbiltà għall-impriżi tas-settur ikkonċernat li jiġu eżentati mill-affiljazzjoni, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 81 KE u 82 KE jew huma ta’ natura li jagħtu lill-organizzazzjoni magħżula pożizzjoni dominanti li tammonta għal abbuż?
Full & Egal Universal Law Academy