30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-10 ta’ Novembru 2009 — Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS vs Président de l’Autorité de la Concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi
(Kawża C-439/09)
2010/C 24/49
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS
Konvenuti: Président de l’Autorité de la Concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi
Domanda preliminari
Il-projbizzjoni ġenerali u assoluta li jinbiegħu prodotti kuntrattwali fuq l-Internet lill-utenti finali, li hija imposta fuq id-distributuri awtorizzati fil-qafas ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva, tikkostitwixxi effettivament restrizzjoni serja bl-għan li tillimita l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE li mhijiex koperta mill-eżenzjoni ġenerali stabbilita mir-Regolament Nru 2790/1999 (1), iżda li eventwalment tista’ tibbenefika minn eżenzjoni individwali skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE?
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).
Full & Egal Universal Law Academy