30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso Administrativo no 3 de La Coruña (Spanja) fis-16 ta’ Novembru 2009 — Rosa María Gavieiro Gavieiro vs Consejería de Educación de la Junta de Galicia
(Kawża C-444/09)
2010/C 24/52
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso Administrativo no 3 de La Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rosa María Gavieiro Gavieiro
Konvenuta: Consejería de Educación de la Junta de Galicia.
Domanda preliminari
Xi tfisser il-frażi “kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti” li tinsab fil-punt 4 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas tad-Direttiva 1999/70/KE (1), u, is-sempliċi natura temporanja tas-servizz ta’ ċerti impjegati pubbliċi tikkostitwixxi “raġuni oġġettiva” li tiġġustifika t-trattament differenti fil-qasam tal-għoti tal-allowances għat-tul fis-servizz?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP — ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
Full & Egal Universal Law Academy