30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven fis-16 ta’ Novembru 2009 — 1. IMC Securities BV, 2. Stichting Autoriteit Financiële Markten
(Kawża C-445/09)
2010/C 24/53
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti
:
(1)
IMC Securities BV
(2)
Stichting Autoriteit Financiële Markten.
Domanda preliminari
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)(a) tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li jingħata lok għall-bidliet fil-prezz matul perijodu ta’ żmien bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ billi jitwettqu numru ta’ operazzjonijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju, jiġifieri tranżazzjonijiet u ordnijiet kif deskritti fit-taqsima 2.2, għandu jitqies bħala “houden” (“jiżgura”; litteralment “iżomm”) (il-prezz ta’) dan l-istrument f’livell anormali jew artifiċjali?
(1) Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol, 4, p. 367)
Full & Egal Universal Law Academy