17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Sofiycki gradski sad (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Novembru 2009 — Canon Kabushiki Kaisha vs “IPN Bulgaria” OOD
(Kawża C-449/09)
2010/C 100/21
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiycki gradski sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Canon Kabushiki Kaisha
Konvenuta:“IPN Bulgaria” OOD.
Domanda preliminari
Sa fejn l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1) jagħti lill-proprjetarju ta’ trade mark id-dritt esklużiv li jimpedixxi lil kulħadd milli juża fil-kummerċ, mingħajr il-kunsens tiegħu, sinjal identiku għat-trade mark, u dan jinkludi l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti li għandhom dan is-sinjal, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijet tal-proprjetarju tat-trade mark jinkludu d-dritt li jipprojbixxi l-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ trade mark billi jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ prodotti oriġinali, u dan anki jekk id-drittijiet tat-trade mark ma jkunux eżawriti skont l-Artikolu 7 tad-direttiva?
(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92)
Full & Egal Universal Law Academy