30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Firenze (l-Italja) fit-18 ta’ Novembru 2009 — Tonina Enza Iaia, Andrea Moggio, Ugo Vassalle vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Università di Pisa
(Kawża C-452/09)
2010/C 24/58
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tonina Enza Iaia, Andrea Moggio, Ugo Vassalle
Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Università di Pisa.
Domandi preliminari
(1)
Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li l-Istat Taljan jista’ legalment jeċċepixxi l-preskrizzjoni ordinarja ta’ ħames jew għaxar snin tad-dritt li jirriżulta mid-Direttiva KEE 82/76 (1) għall-perijodu qabel l-ewwel liġi Taljana ta’ traspożizzjoni, mingħajr ma b’hekk jostakola l-eżerċizzju tad-dritt inkwistjoni li jikkonsisti fil-ħlas ta’ kumpens jew, sussidjarjament, f’azzjoni għad-danni?
(2)
Minn naħa l-oħra, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi prekluża peress li tostakola definittivament l-eżerċizzju tad-dritt inkwistjoni?
(3)
Inkella, huwa konsistenti mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi eskluża sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata ksur tad-dritt Komunitarju (f’dan il-każ, sal-1999)?
(4)
Jew inkella huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi eskluża, fi kwalunkwe każ, sakemm ma sseħħ traspożizzjoni korretta u kompleta tad-direttiva li tkun tat id-dritt inkwistjoni, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (li f’dan il-każ qatt ma seħħet), kif previst fis-sentenza Emmot?
(1) ĠU L 43, p. 21
Full & Egal Universal Law Academy