30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso Administrativo no 3 de Pontevedra (Spanja) fit-23 ta’ Novembru 2009 — Ana María Iglesias Torres vs Consejería de Educación de la Junta de Galicia
(Kawża C-456/09)
2010/C 24/62
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso Administrativo no 3 de Pontevedra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ana María Iglesias Torres
Konvenuta: Consejería de Educación de la Junta de Galicia
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 1999/70/KE (1) tapplika għall-personal temporanju tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia?
(2)
Huwa possibbli li l-Artikolu 25(2) tal-Liġi 7/2007 jiġi kkunsidrat bħala miżura nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva, meta f’din il-liġi m’hemm ebda referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja?
(3)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, dan l-Artikolu 25(2) EBEP għandu bilfors jitqies bħala miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni li jirreferi għaliha r-raba’ punt tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2008 (Kawża Impact) (2) jew l-Istat Spanjol għandu l-obbligu li japplika retroattività biss għal remunerazzjonijiet li jirriżultaw minn inkrementazzjonijiet ta’ kull tliet snin li huwa jirrikonoxxi skont id-direttiva?
(4)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, id-Direttiva 1999/70/KE tapplika direttament għal din il-kawża skont il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja “Del Cerro” (3)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
(2) Kawża C-268/06, Impact, Ġabra p. I-2483.
(3) Sentenza tat-13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso (C-307/05, Ġabra p. I-7109).
Full & Egal Universal Law Academy