13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-23 ta’ Novembru 2009 — Claude Chartry vs L-Istat tal-Belġju
(Kawża C-457/09)
2010/C 37/05
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Claude Chartry
Konvenut: L-Istat tal-Belġju
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993, kif ukoll l-Artikolu 234 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprekludu liġi nazzjonali, bħalma hija dik tat-12 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 26 tal-liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti ta’ Arbitraġġ, li timponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li b’mod preliminari tadixxi lill-Qorti Kostituzzjonali meta tikkonstata li ċittadin taxxabbli jkun mċaħħad mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, integrati fid-dritt Komunitarju, permezz ta’ liġi nazzjonali oħra, jiġifieri l-Artikolu 49 tal-liġi qafas tad-9 ta’ Lulju 2004, mingħajr ma din il-qorti tkun tista’ tiżgura immedjatament l-applikabbiltà diretta tad-dritt Komunitarju fil-kawża li jkollha quddiemha u mingħajr ma din tkun tista’ tistħarreġ il-kompatibbiltà meta l-Qorti Kostituzzjonali tkun irrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-liġi nazzjonali mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Titolu II tal-Kostituzzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy