13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2009 — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa
(Kawża C-463/09)
2010/C 63/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CLECE, S.A..
Konvenuti: María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa
Domanda preliminari
(1)
Każ fejn kunsill lokali jieħu lura jew jieħu f’idejh l-attività ta’ tindif tad-diversi bini tiegħu, li preċedentement kienet ipprovduta minn impriża kontraenti, u li għalih il-kunsill lokali impjega persunal ġdid, għandu jitqies li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE (1), kif iddefinit mill-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)
Full & Egal Universal Law Academy