30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/39
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-478/09)
2010/C 24/68
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. La Pergola u M. Karanasou Apostolopoulou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/63/KEE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit tar-rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata, jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnotifika tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/63/KE fis-sistema legali interna skada fil-31 ta’ Diċembru 2008.
(1) ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy