30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/41
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-481/09)
2010/C 24/71
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, M. Thomannová-Körnerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/7 fis-sistema legali nazzjonali skada fl-24 ta’ Marzu 2008.
(1) ĠU L 64, p. 37
Full & Egal Universal Law Academy