30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/42
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (l-Ingilterra) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Budějovický Budvar, národní podnik vs Anheuser-Busch, Inc.
(Kawża C-482/09)
2010/C 24/72
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budějovický Budvar, národní podnik
Konvenuta: Anheuser-Busch, Inc.
Domandi preliminari
(1)
Xi jfisser “qabel” fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1) u b’mod partikolari:
(a)
“qabel” huwa kunċett tad-dritt Komunitarju, jew il-qorti nazzjonali għandha d-diskrezzjoni li tapplika r-regoli nazzjonali rigward il-qbil (inkluż dewmien jew użu onest kontemporanju stabbilit fit-tul)
(b)
jekk “qabel” huwa kunċett tad-dritt Komunitarju, il-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jiġi kkunsidrat li qabel ma’ użu onest twil u stabbilit sew ta’ trade mark identika minn persuna oħra meta kien jaf għal żmien twil dwar dak l-użu iżda ma seta’ jagħmel xejn sabiex iwaqqfu?
(c)
fi kwalunkwe każ, huwa neċessarju li l-proprjetarju ta’ trade mark ikollu t-trade mark tiegħu rreġistrata qabel ma jista’ jibda “jaqbel” mal-użu minn persuna oħra ta’ (i) trade mark identika jew (ii) simili tant li tikkawża konfużjoni?
(2)
Meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ “ħames snin suċċessivi”, u b’mod partikolari, dan jista’ jibda (u jekk iva jista’ jiskadi) qabel mal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti attwalment jikseb ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tiegħu; u jekk ikun il-każ x’kundizzjonijiet huma neċessarji sabiex jibda jiddekorri t-terminu?
(3)
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE japplika sabiex jippermetti lill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti jipprevali anki fejn kien hemm perijodu twil ta’ użu onest kontemporanju ta’ żewġ trade marks identiċi għal oġġetti identiċi sabiex il-garanzija tal-oriġini tat-trade mark preċedenti ma tfissirx li t-trade mark tindika l-oġġetti tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti u xejn iktar, iżda minflok tindika l-oġġetti tiegħu jew l-oġġetti tal-proprjetarju l-ieħor?
(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92)
Full & Egal Universal Law Academy