13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (Il-Portugall) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Manuel Carvalho Ferreira Santos vs Companhia Europeia de Seguros, S.A
(Kawża C-484/09)
2010/C 37/21
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Carvalho Ferreira Santos
Konvenuta: Companhia Europeia de Seguros, S.A.
Domanda preliminari
(1)
F’inċident tat-traffiku li ma jkun imputabbli għal nuqqas tal-ebda wieħed mis-sewwieqa, u li jikkawża danni personali u materjali lil wieħed mis-sewwieqa (il-parti inġurjata li qed titlob il-kumpens), il-fatt li r-responsabbiltà għar-riskju tista’ tinqasam (Artikolu 506(1) u (2) tal-Kodiċi Ċivili), b’effett dirett fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas lill-parti inġurjata għad-danni materjali u mhux materjali li jirriżultaw mid-danni personali (fil-fatt dan it-tqassim ta’ responsabbiltà għar-riskju jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-ammont tal-kumpens), huwa kuntrarju għad-dritt Komunitarju, jiġifieri għall-Artikoli 3(1) tal-Ewwel Direttiva (Direttiva 72/166/KEE) (1), 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2) u 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
(2) Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur
(3) Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur
Full & Egal Universal Law Academy