13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Viamex Agrar handels GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-485/09)
2010/C 37/22
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Viamex Agrar handels GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
(1)
Il-paragrafu 5 tal-punt 48 tal-Kapitolu VII tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (1), kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1995, li temenda d-Direttiva 91/628/KEE dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport (2), japplika għat-trasport bil-ferrovija?
(2)
F’każijiet fejn il-ksur tad-Direttiva 91/628/KEE ma jkunx wassal għall-mewt tal-annimali, il-qorti għandha l-obbligu ġenerali li teżamina jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta’ Marzu 1998, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (3), aġixxietx b’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p.133
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 466
(3) ĠU L 82, p. 19
Full & Egal Universal Law Academy