30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/42
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-486/09)
2010/C 24/73
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u N. Bambara, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (1), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 1 u 9 tal-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana tħallas l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikoli 1 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 flimkien jimponu fuq l-Istati Membri l-ħtieġa li jimplementaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit format uniformi għall-permessi ta’ residenza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-14 ta’ Awwissu 2003.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002, tat-13 ta’ Ġunju 2002, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz. (ĠU L 157, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy