13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Asociación de Transporte por Carretera vs Administración General del Estado
(Kawża C-488/09)
2010/C 63/33
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación de Transporte por Carretera
Konvenuta: Administración General del Estado
Domandi preliminari
(1)
Fil-każ fejn il-post fejn twettaq il-ksur materjali jiġi ddeterminat wara li Stat Membru ikun ikkonstata irregolarità fis-sistema doganali tat-trasport TIR u jkun ressaq quddiem l-assoċjazzjoni garanti tat-territorju tiegħu talba għall-ħlas tal-ammont li jikkorrispondi għall-kont tat-taxxa, il-fatt li l-Istat Membru fejn twettaq il-ksur jibda proċedura ġdida sabiex jitlob il-ħlas tad-dazji dovuti mid-debituri prinċipali u mill-assoċjazzjoni garanti tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur materjali, fil-limiti tar-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar, huwa kompatibbli mal-Artikolu 454(3) u mal-Artikolu 455 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, meta d-determinazzjoni tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur issir wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit mid-dispożizzjonijiet Komunitarji?
Fil-każ ta’ risposta affermattiva:
(2)
L-assoċjazzjoni garanti tal-Istat Membru fejn effettivament twettqet l-irregolarità tista’ tallega, abbażi tal-Artikolu 454(3) u tal-Artikolu 455 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-preskrizzjoni tad-dritt li jintalab l-ammont kopert mir-responsabbiltà ta’ garanzija minħabba li t-terminu stabbilit skada mingħajr ma kienet taf bil-fatti qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu?
(3)
It-talba għal ħlas imressqa quddiem l-assoċjazzjoni garanti tal-Istat li kkonstatat l-irregolarità mwettqa mill-amminstrazzjoni doganali ta’ dan l-Istat skont l-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni TIR għandha l-effett li tissospendi l-proċedura mibdija kontra l-assoċjazzjoni garanti tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur?
(4)
L-aħħar sentenza tal-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni TIR tista’ tiġi interpretata fis-sens li t-terminu hemmhekk previst huwa applikabbli għall-Istat tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur, anki meta l-Istat li kkonstata l-irregolarità ma ssospendiex t-talba għal ħlas imressqa quddiem l-assoċjazzjoni garanti, minkejja li kien hemm proċeduri kriminali fir-rigward tal-fatti kkonstatati?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3
Full & Egal Universal Law Academy