30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/43
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-491/09)
2010/C 24/74
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Sénéchal u S. La Pergola, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi m’adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’ responsabbiltà limita (1) jew, f’kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/63/KE skada fil-31 ta’ Diċembru 2008. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kinx għadu ħa l-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva jew, f’kull każ, huwa ma kinx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 300, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy