13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst
(Kawża C-499/09)
2010/C 63/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG
Konvenut: Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst
Domandi preliminari
(1)
Il-bejgħ ta’ ikel jew platti msajra għall-konsum immedjat jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE (1) fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?
(2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tippendendi fuq jekk humiex ipprovduti elementi addizzjonali ta’ servizz (il-provvista, għall-użu, ta’ mwejjed, siġġijiet u faċilitajiet oħra għall-konsum, l-esperjenza ta’ żjara fiċ-ċinema)?
(3)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-terminu “affarijiet tal-ikel” fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri biss ikel għat-“take away” meta huwa normalment mibjugħ fi ħwienet tal-merċa, jew huwa jkopri wkoll ikel jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23
Full & Egal Universal Law Academy