13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/22
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-500/09)
2010/C 37/27
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L.Lozano Palacios u D. Triantafyllou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi kompliet tapplika d-Digriet Ministerjali A1/44351/3608 tat-12 ta’ Ottubru 2005, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 97/67/KE (1) (kif emendata), kif jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikolu 9(1) u (2).
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubbika Ellenika tostakola l-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali prevista mid-Direttiva 97/67, li tipprevedi, f’dan ir-rigward, l-għoti miftuħ u mingħajr diskriminazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta’ liċenzji individwali.
Il-leġiżlazzjoni Ellenika teħtieġ mit-trasportaturi awtorizzati, waqt l-għoti tal-liċenzji għal trakkijiet postali, li jkunu huma stess impriżi postali mniżżla fir-reġistru rilevanti bħala titolari ta’ awtorizzazzjoni ġenerali. Din timponi organizazzjoni mill-ġdid radikali tan-netwerks postali u tostakola lill-impriżi prinċipali milli jagħmlu użu minn konċessjonarji, sakemm dawn, evelwalment, ma jinbidlux f’impriżi ta’ kiri ta’ trakkijiet, bl-ispejjeż li jirriżultaw minn dan.
Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tawtorrizza biss it-trasport ta’ piż kbir minn ċerti trakkijiet utilitarji li huma rriżervati għal professjoni regolata, li jostakola lill-impriżi l-oħra milli jipprovdu l-istess servizz.
Ir-Repubblika Ellenika ma ġġustifikatx suffiċjentement dawn ir-restrizzjonijiet.
(1) ĠU L 15 tal- 21 ta’ Jannar 1998, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy