13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/24
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-385/05, Transnáutica — Transportes e Navegação SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-506/09 P)
2010/C 63/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes, C. Guerra Santos, J. Gomes, P. Rocha, aġenti)
Appellata: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ t-talba tal-awtoritajiet Portuġiżi intiża sabiex il-ġudizzju ta’ din il-kawża jiġi sospiż sakemm il-Qorti Ġenerali tagħti s-sentenza tagħha, sa fejn fi proċeduri ta’ partijiet terzi huwa neċessarju li jiġu ttratati mhux biss il-liġi iżda wkoll il-fatti tal-kawża;
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mogħtiha fit-23 ta’ Settembru fil-Kawża T-385/05 Transnáutica — Transportes e Navegação SA vs Il-Kummissjoni li biha din il-qorti annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta t-talba ta’ Transnáutica għall-ħlas lura u r-remissjoni ta’ ċerti dażji.
—
tikkundanna lil Transnáutica għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta kkonkludiet li l-awtoritajiet doganali Portugiżi wettqu żball fl-istabbiliment u l-kontroll tal-garanzija globali użata fl-operazzjonijiet tranżitu inkwistjoni.
L-appellanti ssostni wkoll li huwa impossibbli li tiġi stabilita rabta kawżali bejn l-iżbalji allegatament imwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi u t-tneħħija sussegwenti tal-oġġetti mis-sorveljanza doganali u tqis li, billi kkonkludiet mod ieħor, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy