13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/25
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-513/09)
2010/C 37/32
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li r-Renju tal-Belġju ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1) u, f’kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE skada fis-26 ta’ Settembru 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 266, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy